Titħajjar tmur l-Albanija?

 Titħajjar tmur l-Albanija?

Ħafna turisti jassoċjaw l-Albanija ma’ kastelli u tempji, imma fil-verità, il-kosta tal-Albanija għandha fost l-isbaħ bajjiet u anki pajsaġġi fl-Ewropa.

Hawn taħt għandek issib lista tal-isbaħ bajjiet fl-Albanija li anki aħna nixtiequ nżuru! Inti ġieli mort?

Mirror Beach

  • Mirror Beach tinsab f’Saranda, post turistiku immens. Din il-bajja msemmija hekk għax l-ilma baħar jirrifletti d-dawl tax-xemx sforz iċ-ċarezza tal-ilma.
  • Fl-aqwa tas-sajf, din il-bajja tkun miżgħuda bin-nies u għalhekk, jaf ma ssibx post.

Mango Beach

  • Din il-bajja tinsab ukoll f’Saranda u n-nies tal-lokal isejħulha Plazhi Mango. Matul il-ġurnata, wieħed faċilment isib deckchairs u umbrelel.

Palasa Beach

  • Hawnhekk, il-baħar huwa ideali sabiex tmur tgħum jew biex togħdos bil-maskra. Ħafna jfittxu din il-bajja sabiex jaraw l-għabex.

The Four Islands

  • Jekk ħa tgħaddi sa Ksamil, importanti li tikri xi dgħajsa ċkejkna (tal-qdif) jew kenura biex iżżurhom.

Jail Beach

  • Il-baħar ta’ din il-bajja huwa ċar ħafna. Barra minn hekk, fil-viċinanzi għandek issib ħafna klabbs u barijiet biex b’hekk ikollok esperjenza mill-isbaħ fuq din il-bajja.

Titħajjar tmur l-Albanija?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com