Beda l-futbol, min ser iċedi?

Beda l-futbol u għalhekk, se jibdew il-problemi fost il-koppji u l-miżżewġin:
· Min se jieħu t-televiżjoni tas-salott?
· Ħa mmorru l-baħar jew se noqogħdu naraw il-logħba?
· Nistgħu noħorġu nieklu xi ħaġa jew ħa toqgħod imwaħħal fuq il-pultruna tara t-tim favorit tiegħek?
Dawn huma ċirkostanzi li jgħaddu minnhom id-dilettanti tal-futbol u l-partners tagħhom. Filwaqt li ma naħsbux li dawn il-każijiet kapaċi jtemmu relazzjonijiet, dawn huma sitwazzjonijiet reali li jinqalgħu fi tmiem il-ġimgħa. Ta’ min se tgħaddi? Kif se ssib kompromess? Min għandu raġun? Ir-raġel jew il-mara? Xi ħadd irid iċedi.
Imbagħad hemm dawk fortunati li anka l-mara tagħhom tħobb il-futbol u allura ma jkollhomx problemi ta’ dawn it-tip.
U intom? Kif issibu kompromess? Għidulna fil-kummenti.