Għada jibda s-Serie A

 Għada jibda s-Serie A

Dan il-weekend jibda l-kampjonat Taljan tal-futbol biex b’hekk nistgħu ngħidu li l-kampjonati maġġuri tal-Ewropa bdew. Wara li s-sena l-oħra Napoli rnexxielhom jerbħu u jiddominaw il-kampjonat Taljan, din is-sena jidher li se jkun hemm aktar bilanċ u wieħed jistenna kampjonat missielet.

Ħafna klabbs kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti bl-aktar wieħed ikun dak ta’ AC Milan. Wara li biegħu lil Sandrom Tonali lil Newcastle għas-somma ta’ madwar 70 miljun ewro, dawn irnexxielhom jakkwistaw diversi players. Inter, il-finalisti tal-aħħar edizzjoni taċ-Champions League wkoll kienu attivi għalkemm għadhom ma sabux sostituti għal Romelu Lukaku u Edin Dzeko. Juventus u Napoli qed ikollhom sajf kwiet filwaqt li Roma u Lazio ma tantx kienu attivi b’akkwisti t’isem.

Meta wieħed iqis kollox, Napoli bit-tluq ta’ Kim jista’ jkun li tilfu mis-saħħa li kellhom u għalhekk, il-previżjoni tagħna se tkun li se jkun hemm taqtigħa bejn l-istess Napoli, Inter, Milan b’Juventus.

Il-kampjonat it-tajjeb!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com