Għandhom jitqiegħdu barrikati ħalli ħadd ma jaqbeż?
Il-Ħadd ittella’ filmat ta’ żagħżugħ jaqbeż minn fuq il-blat f’St. Peter’s Pool.
Wara li qabeż , iż-żagħżugħ baqa’ ma telax il-baħar. Dan qajjem kommossjoni sħiħa, b’ħafna nies imorru jagħtuh l-ewwel għajnuna.
Ir-raġel kellu jittieħed l-isptar minħabba li l-ġrieħi li ġarrab.
Li jinkwetani huwa l-fatt li fil-filmat, kif jidher, huwa u jaqbeż, il-maġġornanza tan-nies qabdu jċapċpu. Inċapċpu għal raġel li qed ipoġġi lilu nnifsu f’periklu? Inċapċpu għal raġel li qed jagħti eżempju ħażin lil uliedna, li jaf jitħajru minnu?
Ma tgħallimnix mill-każijiet ta’ qabel, li kien hemm min saħanistra spiċċa pparalizzat?
Saħansitra kien hemm argumenta li “min qed jgħid li ksuħat possibbli qatt ma għamel xejn meta kien żagħżugħ u ma kkalkulax il-periklu?” Allura niġġustifikaw dan l-att?
F’postijiet bħal dawn għandhom jitqiegħdu barrakati biex ħadd ma jkollu aċċess biex jaqbeż. Sinjali donnhom mhumiex biżżejjed. Tgħidu allura minħabba n-negliġenza ta’ ħaddieħor, inkerrhu ż-żona bil-barrikati? Xi ħaġa jrid isir biex jitqajjem iżjed għarfien dwar il-periklu li wieħed jaqbeż. Multi? Din ukoll soluzzjoni oħra għax il-bniedem donnu jitgħallem meta tmisslu l-but. Nagħlaq b’din il-frażi…. darba tiġik tajba!
X’taħseb li għandu jsir biex dan il-qbiż jiġi evitat?