Il-Kalkara tagħmel parti mill-Kottonera?

 Il-Kalkara tagħmel parti mill-Kottonera?

Fl-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir insibu t-tliet ibliet magħrufa bħala l-Kottonera – teżor storiku li jikkonsisti fi tliet bliet antiki; Vittoriosa (il-Birgu) Senglea (l-Isla) u Cospicua (Bormla). Dawn l-ibliet bi sbuħija differenti minn belt għal oħra jinsġu flimkien l-istorja, il-kultura u l-arkitettura li jipprovdu lill-viżitaturi b’esperjenza unika u nostalġika.

It-tliet ibliet iservu bħala xhieda ħajja tal-passat vibranti u divers ta’ Malta. Bħal uħud mill-inħawi fil-pajjiż, il-Kottonera rat influss taċ-ċiviltajiet matul iz-zmien, mill-Feniċi għar-Rumani, il-Kavallieri ta’ San Ġwann u anke l-Ingliżi. Kull era ħalliet impressjoni, fuq dawn il-pajsaġġi li kkontribwixxa għall-karattru distintiv ta’ dawn l-ibliet.

Polemika li tqum minn żmien għal żmien hija jekk ir-raħal tal-Kalkara ma jagħmilx parti mill-Kottonera jew le. Il-Kalkara huwa r-raħal li jmiss eżattament ma’ dawn it-3 ibliet u ħafna drabi meta ssir attività għall-Kottonera l-awtoritajiet jinkludu lil dan ir-raħal.

Int x’taħseb?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com