Il-Kungress Amerikan jiddiskuti l-UFOs

Ilna snin nisimgħu b’ dehriet misterjużi u inspjegabbli ta’ UFOs li dejjem iżidu l-mistoqsijiet u l-interess tal-pubbliku madwar id-dinja. Din is-sena l-Istati Uniti rat avvenniment storiku hekk kif il-kungress mexxa serjè ta’ seduti ta’ smigħ pubbliku biex jeżaminaw is-suġġett tal-Fenomeni tal-Ajru Mhux Identifikati (UAP) jew UFOs.
Is-seduti kellhom l-għan li jitfgħu dawl fuq il-fenomenu, jesploraw implikazzjonijiet potenzjali għas-sigurtà nazzjonali, u jindirizzaw tħassib dwar it-trasparenza tal-gvern.