Il-Manchester City lesti biex jaħarbu fil-Kampjonat Premier!

 Il-Manchester City lesti biex jaħarbu fil-Kampjonat Premier!

La tlaqna, tlaqna! Fl-aħħar bdew il-kampjonati l-kbar kollha tal-Ewropa u għad-dilettanti hemm diversi logħob li jistgħu jsewgu fuq it-televiżjoni.

Fl-Ingilterra diġà ntlagħbu żewġ logħbiet fejn iċ-Champions tal-Ewropa, Manchester City u t-tim rivelazzjoni tas-sena l-oħra Brighton & Hove Albion rebħu żewġ logħbiet minn tnejn. Is-Sibt li għadda, is-City kellhom konfront diffiċli kontra Newcastle United però ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, f’logħba missielta, iżda kienu dominanti għal tul ta’ ħin. Manchester United tilfu kontra Tottenham Hotspur b’dawn tal-aħħar jimpressjonaw b’futbol pożittiv anka wara t-tluq ta’ Harry Kane.

Liverpool kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun b’rebħa fuq A.F.C Bournemouth filwaqt li Chelsea United kellhom logħba diżastruża u tilfu d-derby kontra West Ham United barra minn darhom.

Għadu kmieni sabiex wieħed ikollu idea ta’ kif se jkun l-andament ta’ dan il-kampjonat madankollu, il-Malti jgħid li l-ġurnata minn filgħodu turik u għalhekk, ma nieħdu xejn bi kbir jekk is-City jiftħu vantaġġ komdu fuq ta’ warajhom sa Diċembru li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com