Intervista esklussiva ma’ Raisa My Trio

 Intervista esklussiva ma’ Raisa My Trio

Illum il-jum li tant mistenni għal Raisa u Chris u anke għal ħafna mill-followers tagħha li jsegwuha kuljum fuq il-midja soċjali. Anniversarju b’differenza. Aħna t-tim ta’ Strada Rjali ltqajna magħha u staqsejnieha kurżitajiet li ħafna minnkom tqanqlulkom. Hija ċelebrazzjoni li ftit narawha f’Malta imma ssir ħafna fl-Amerika, però nemmnu li wara dan il-jum din se tiġi drawwa. Aħna f’isem it-tim kollu nawguralkom aktar snin feliċi flimkien u jum mill-isbaħ.

1. Għala għażilt li tagħmel ir-renew tal-vows?

Biex niċċelebra l-aqwa għaxar snin miżżewġa flimkien mal-aktar persuna li nħobb flimkien ma’ sħabna u l-aktar nies speċjali għaliex xtaqnieha tkun ġurnata li teħodna lura għall-aktar mument speċjali li qatt kellna.

2. X’inhu s-sigriet għal żwieġ feliċi?
Li tkun leali, issib ħin għal xulxin, titkellem u paċenzja enormi.

3. Għalfejn ħa terġa’ tilbes il-libsa tat-tieġ?

Mhux il-libsa tat-tieġ biss ħa nerġa’ nilbes. Kien pjaċir tiegħi li nerġa’ norganizza t-tieġ ideali bit-tfal magħna żgur li se tkun memorja kbira għall-familja kollha u mhux għalija u għal Chris biss.

4. Fejn ser tkun il-location?
Propja l-ġnien tal-Argotti l-Furjana. Kien l-ewwel venue li xtaqna fis-17 ta’ Awwissu 2013.
La ġie ċ-ċans din id-darba bla ebda dubju ridna lilu.

5. X’kienet ir-reaction ta’ sħabkom u l-familjari li rġajtu tajtu invit ieħor tat-tieġ?

Huma l-istess nies li kienu mistiedna għaxar snin ilu. Ħafna minnhom nafuhom, nies li kienu mistiedna għaxar snin ilu. Ħafna minhom nafuhom personali jiġifieri nafu biċ-ċert li huma onorati li mistiedna għal din il-festa. Li huma ftit inqas close nispera li huma grati li aħna xtaqniehom magħna għal din il-ġurnata. Il-familja kien hemm min kien sorpriż għaliex mhijiex ħaġa komuni imma at the end of the day preparati u looking forward.

6. Ħa tagħmel xi ħaġa diffferenti li ma jkunx hemm f‘tieġ?

Le għax tant morna f’tiġijiet sbieħ u bombastiċi u oriġinali li impossibbli tagħmel xi ħaġa li qatt ma saret.

7. Taħseb li n-nies ser imaqdru u jikkritikawk għax ħa tagħmel festin kbir daqs tieġ?

Normali li jikkritikaw, tagħmel x’tagħmel dejjem ħa ssib lil xi ħadd li jikkritika.

10 snin ilu kelli kritika fuq ħafna affarijiet, qassamt il-krakar minħabba n-nisa għax nafu kemm hu diffiċli tibqa’ tieħu gost bit-takkuna u biex żgur igawdu sal-aħħar, kien hemm min maqdar.

Insomma ħafna aktar però l-interess tiegħi li n-nies jieħdu gost.

8. Bħalma jaf kulħadd tlift lil missierek ftit tal-ġimgħat ilu. Ma għadditlekx minn moħħkom biex tikkanċella kollox?

L-ewwel ħaga li ġiet f’moħħi biex inkun onesta sa anke kont ċempilt is-suppliers biex inwaqqaf kollox. Però naf żgur li missieri baqa’ sal-aħħar jgħidli biex nibqa’ għaddeja b‘ħajti u bl-affarijiet li kelli pjanati ġejjin; id-dar, it-tieġ u kollox. Kien anke għażel id-diski u għenni biex nerġa’ nagħmlu. Li kieku ħassartu naf żgur li ma kienx ħa jkun kuntent daqskemm ħa jkun fit-12 ta’ Awwissu. Daqskemm nafu jien lil missieri ftit jafuh u din il-ġurnata żgur mhux forsi ser tkun iddedikata kollha għalih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com