Inti jismek Michael? Illum il-jum nazzjonali tiegħek

Illum huwa l-jum Nazzjonali ta’ Michael. Michael huwa t-tmien isem l-aktar popolari f’Malta! L-isemm Michael ġej mill-isem Ebrajk Mikha’el, li jfisser “Min hu bħal Alla?” — mistoqsija retorika biex tgħid li m’hemm l-ebda persuna bħal Alla. Mikiel kien wieħed mill-arkanġli t’Alla fit-tradizzjoni u l-letteratura Ebrajka. Hemm diversi varjanti oħra għall-isem f’partijiet differenti tad-dinja, bħal Miguel bl-Ispanjol, Mikhail bir-Russu, u Mikkel bid-Daniż. Laqmijiet komuni jinkludu Mike, Mikey, u Mick.