It-Temp f’Malta

 It-Temp f’Malta
Ilkoll nafu x’effett qiegħda tħalli fuqna s-sħana u għalhekk, illum ser niltaqgħu ftit mal-espert tat-temp, Samuel, sabiex jispjegalna aħjar is-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Huwa stqarr li s-sħana li qegħdin nesperjenzaw bħalissa hija normali, madankollu s-soltu dawn il-mewġiet ta’ sħana ma jkunux twal daqshekk. Il-bini li għandna mal-madwar qiegħed iħalli effett kbir u għalhekk għandna bżonn nagħmlu xi ħaġa sabiex nipprevjenu daqsxejn din is-sħana.   Samuel stqarr li għandna ninvestu f’iktar toroq dojoq biex b’hekk ikun hawn iktar dell. Dwar id-djar, huwa qal li l-bjut għandhom ikunu miżbugħin bojod biex ir-raġġi tax-xemx jiġu riflessi. Apparti dan, huwa ssuġġerixxa li jkollna iżjed pannelli u ġonna fuq il-bjut sabiex ikomplu joħolqu d-dell. Dan kollu jservi ta’ ġid għax jekk innaqsu l-użu tad-diversi air conditioners u affarijiet oħra li jtaffulna s-sħana, l-elettriku u l-klima tagħna ma jiġux affettwati daqstant.   Madankollu, issa x’ser jiġri? Qalilna li issa għandna nistennew temperaturi friski b’riħ frisk u għalhekk, wieħed mhux jistenna sħana eċċessiva.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com