Kif tista’ tnaddaf aħjar id-dar tiegħek u fl-istess waqt toħroġ bl-irħis.
Permezz ta’ dawn l-ingredjenti msemmija tista’ tnaddaf aħjar id-dar tiegħek u fl-istess waqt toħroġ bl-irħis.
Il-kuker
Permezz ta’ tazza ilma, tazza ħall u ż-żejt tal-lumi itfa’ din it-taħlita fuq il-wiċċ tal-kuker u imsaħ. Din l-istess taħlita tista’ tużaha għall-fran. Barra minn dan, il-baking soda jista’ jaqla’ l-ħmieġ li jkun hemm fuq il-kuker.
Is-suf tal-annimali
Permezz tal-ingwanti tal-lasktu tista’ tiġbor is-suf li jkollok fuq l-għamara u s-sufan. Imsaħ kollox permezz ta’ dawn l-ingwanti sabiex jitneħħa s-suf li ma jkunx inqabad bil-vacuum cleaner.
L-irwejjaħ tal-annimali
Sabiex tneħħi dawn l-irwejjaħ mhux daqstant pjaċevoli, ħallat daqsxejn ħall, ilma u żid xi riħa favorita tiegħek, bħal dik tal-lavanda biex b’hekk, ikollok riħa tfuħ.
Is-saqqu
Ilkoll nafu kemm hu diffiċli sabiex tnaddaf is-saqqu u għalhekk, tista’ tħallat daqsxejn ħall u baking soda u xerridhom fuq is-saqqu. Ħallihom joqogħdu għal sagħtejn u bil-vacuum cleaner, naddaf kollox.
Il-blinds
Ħallat daqsxejn ħall u ilma u permezz ta’ kalzetta nadifa (li m’għadekx tużaha) naddaf kull sezzjoni.
Il-magna tal-ħasil tal-platti
Il-magna tal-ħasil tal-platti (dishwasher) ma taħsilx biss platti, tazzi eċċ. Fiha tista’ titfa’ wkoll moxt tax-xagħar, ġugarelli tal-lakstu u braxx tal-makeup sabiex jinħaslu sew.