L-aqwa10 ifwejjaħ għall-irġiel
Naħseb ilkoll naqblu li dik in-naqra fwieħa qabel toħroġ tkun tridha, speċjalment jekk trid timpressjona. Madankollu, ħaġa tal-iskantament! Tagħmel kemm tagħmel fwieħa, fuqek innifsek ma xxommhiex. Għalxejn tbiddel il-fwejjaħ jew tifqa’ kamra bir-riħa tal-fwieħa għax xħin toħroġ ir-riħa donnha tisparixxi. Dan jiġri għaliex meta riħa tkun ripettitiva, il-moħħ jidraha u għalhekk ma jibqax jagħti kasha. Għalhekk, serraħ rasek! Ħaddieħor qiegħed jieħu gost bir-riħa tiegħek. Jekk trid tara liem huma l-aqwa għaxart ifwejjaħ, agħti titwila lejn dawn il-listi:
- Dior Sauvage
- Versace Eros
- Bleu De Chanel
- Versace Dylan Blue
- Pepe Jeans Celebrate For Him
- Dior Homme
- Versace Eros Flame
- Versace Blue Jeans
- Trussardi Uomo
- Dolce & Gabbana K