Li kieku kien Malti, ir-raġel tal-bieraħ, konna nagħmlu u ngħidu l-istess?

 Li kieku kien Malti, ir-raġel tal-bieraħ, konna nagħmlu u ngħidu l-istess?

“Li kieku kien Malti, konna nagħmlu l-istess?”

Ilbieraħ beda jinxered ritratt ta’ raġel barrani mal-art f’għadira demm. Fost il-kummenti kien hemm; kemm aħna safe ġo pajjiżna? Malta saret miżbla. Sirna ma nistgħux noħorġu bil-ħmieġ ta’ nies li hawn.

Għaliex dawn il-kummenti? Għaliex kien barrani?

Insejna li fil-ġimgħat li għaddew kellna iktar minn każ wieħed ta’ rġiel MALTIN jagħtu u waqfu ruxxmata karozzi warajhom? Jew meta kellna każ ta’ Maltin li mhux biss iġġieldu, imma qatlu raġel ta’ karnaġġjon skur? U l-ġlied bejn il-Maltin stess. Ħa nfakkarkom ftit.

Għaliex irridu nibbażaw kollox fuq il-kultura? Dawn l-azzjonijiet saru kemm mill-Maltin u kemm mill-barranin. L-azzjonijiet ma jsirux għax dak barrani jew għax dak Malti, saru u jsiru minn kulħadd imma għax isiru minn xi ħadd barrani, naraw kif nagħmlu u nxerrdu l-mibiegħda billi ntellgħu r-ritratti fuq il-midja soċjali.

Li kieku kien Malti, ir-raġel tal-bieraħ, konna nagħmlu u ngħidu l-istess?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com