Malta tiċcelebra l-festa ta’ Santa Marija

 Malta tiċcelebra l-festa ta’ Santa Marija

Il-festa ta’ Santa Marija tiġi ċċelebrata fil-15 ta’ Awwissu, u għall-popolazzjoni Maltija din il-festa reliġjuża għandha sinifikat storiku profond ħafna.

Fil-15 ta’ Awwissu, il-festa ta’ Santa Marija hija ċċelebrata wkoll b’mod solleni fil-lokalitajiet li ġejjin: il-Mosta, l-Imqabba, il-Qrendi, il-Gudja, l-Għaxaq, u r-Rabat, Għawdex.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-popolazzjoni Maltija ġiet salvata mill-ġuħ u pprovduta b’biżżejjed provvisti biex isostnu l-gżejjer grazzi għall-konvoj tal-ikel li wasal matul il-ġimgħa tal-festa. Il-wasla ta’ dan il-konvoj hija meqjusa minn ħafna bħala bidla kbira fil-gwerra fil-Mediterran għax inkella l-Maltin ma kienu jkollhom ebda alternattiva ħlief li jċedu.

F’Awwissu tal-1942, ġiet armata l-Operazzjoni Pedestall mir-Renju Unit bil-għan li tgħin lil Malta. Il-konvoj ġie interċettat mill-għadu, 20 sottomarin, 19-il motor torpedo boat u aktar minn 850 ajruplan. Għalhekk affaċċjaw bumbardament ta’ ħamest ijiem li raw disgħa minn erbatax-il bastiment merkantili ċedew għall-attakki bla waqfien.

Erbgħa mill-vapuri li baqgħu ħajjin waslu Malta fit-13 u l-14 ta’ Awwissu. Madankollu ma kien hemm l-ebda sinjal tat-tanker Ohio, li kien mgħobbi bi provvisti vitali ta’ żejt, fjuwil u pitrolju li mingħajrhom Malta ma setgħetx tittama li tgħix. It-tanker kien ġie magħżul mill-bidu u affaċċja attakki feroċi xi kilometri ‘l barra minn Malta. Il-vapur kien ġie torpedoed , serjè ta’ nirien però ġew ikkontrollati, il-bojlers tagħha splodew u l-magni tagħha fallew; però t-tanker ma kienx għereq- bħallikieku konxju li s-sopravivenza ta’ Malta tiddependi minnha!

Fil-15 ta’ Awwissu 1942 fil-festa ta’ Santa Marija, l-Ohio – irmunkat minn żewġ destroyers, Ledbury u Penn, u r-Rye daħal fil-Port il-Kbir. Hija ħarġet il-merkanzija tagħha u malli l-10,000 tunellata ta’ żejt tal-fjuwil prezzjuż u pitrolju ġew estratti, l-Ohio għereq u mistrieħa fuq il-qiegħ.

Dan il-konvoj epiku huwa rrekordjat fil-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra ta’ Malta fejn hemm bosta oġġetti għall-wiri, li jinkludu ritratti tal-erbatax-il vapur; pjanta grafika li turi r-rotta mill-konvoj u l-postijiet ta’ fejn għerqu l-vapuri; it-tmun u l-isem ta’ ‘Ohio’ fost ħafna affarijiet storiċi affaxxinanti oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com