Pariri dwar x’tista’ tagħmel biex tiffranka l-ħela.

 Pariri dwar x’tista’ tagħmel biex tiffranka l-ħela.

Sabiex inkomplu ma’ dak li tellajna ftit tal-ġranet ilu, hawnhekk għandek issib iktar pariri dwar x’tista’ tagħmel biex tiffranka l-ħela.

‌Inti u ssajjar, qis li tlaħlaħ il-borom li tuża mal-ewwel sabiex l-ikel u xi materjal ieħor ma jeħilx magħhom. Barra minn hekk naddaf il-wiċċ tal-kċina biex ikollok dejjem kċina nadifa. Apparti dan, l-ingredjenti li tuża, itfagħhom f’posthom biex inti jkollok kċina żbarazzata.

‌Jekk għandek ħafna lumi u frott ieħor taċ-ċitru aqbad il-kontenitur fejn tiffriża s-silġ, u l-meraq tagħhom itfagħhom f’dan il-kontenitur biex b’hekk tużahom iktar ’il quddiem. Jekk għandek xi ħwawar, naddafhom u aqtagħhom. Wara itfagħlhom iż-żejt taż-żebbuġa u ffriżahom għal iktar tard.

Temmen li tista’ terġa’ tkabbar il-ħass u l-karfus? Sempliċi! Aqbad kontenut daqsxejn fond bl-ilma, u miegħu poġġi dawn.

Il-frott li jifdallek u l-yoghurt tista’ tagħmilhom fuq stikka. Itħan kollox u żid daqsxejn għasel u zokkor u friżhom, biex b’hekk, jiġu l-magħrufa popsicles.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com