Samuel għaddilna daqsxejn tagħrif dwar is-sitwazzjoni tat-temp f’Malta

 Samuel għaddilna daqsxejn tagħrif dwar is-sitwazzjoni tat-temp f’Malta

Għal darb’oħra, Samuel għaddilna daqsxejn tagħrif dwar is-sitwazzjoni tat-temp f’Malta u tkellem magħna dwar it-tsunami u l-heatstroke.

Mistoqsija li hija komuni qalb il-Maltin hija jekk f’Malta jistax iseħħ tsunami. Samuel stqarr magħna li fil-passat, hawn min jaħseb li kien hawn xi tip ta’ tsunami. Illum il-ġurnata, il-possibilità li jiġri dan kollu hija żgħira ħafna. Jekk jinqala’ tsunami, dan ikun ikkawżat minn terremot kbir min-naħa tal-Lvant ta’ Sqallija jew in-Nofsinhar tal-Italja. L-iktar inħawi li jkunu milquta f’Malta huma dawk tan-naħa tal-Grigal, jiġifieri, Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Belt Valletta.

Apparti dan, Samuel tkellem dwar is-sħana u l-effetti tagħha. Huwa stqarr li l-anzjani jew persuni b’mard kroniku, qegħdin f’iktar riskju li taqbadhom heatstroke li tista’ tikkawża l-mewt. Huwa avża sabiex wieħed jieħu ħsieb li jixrob ħafna ilma, jevita li jqatta’ ħafna ħin fix-xemx u minflok, joqgħod iktar għall-frisk.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com