Temmen li bil-flixkun tal-plastik tista’ tkabbar it-tewm?!
Nifhem li għalina l-Maltin, kif nisimgħu flixkun tal-plastik, moħħna jmur dritt għall-10 ċenteżmi. Madankollu, illum ser ngħidlek kif tista’ tuża dan il-flixkun biex tkabbar it-tewm f’darek.
X’għandek bżonn:
- Ras tewm
- Flixkun tal-plastik (ta’ żewġ litri)
- Ilma
- Ħamrija
- Kontenitur tal-pjanti
Il-passi:
- Neħħi l-biċċa ta’ fuq tal-flixkun. Ara li l-flixkun huwa nadif.
- Agħżel tewm kbir, u wara neħħi l-qoxra tiegħu. Oqgħod attent sabiex ma tolqotx is-sinniet tat-tewm.
- Poġġi t-tewm fil-flixkun u l-parti lixxa tat-tewm poġġiha ’l isfel, fil-parti fejn ser nitfgħu l-ilma. Ħalli daqsxejn spazju bejn sinna u oħra sabiex ikun hemm post għat-tkabbir.
- Imla l-flixkun bl-ilma biex tgħatti l-biċċa ta’ taħt tar-ras tewm. Il-parti ta’ fuq ħalliha mingħajr ilma.
- Poġġi l-flixkun fix-xemx peress li t-tewm għandu bżonn ħafna xemx biex jikber.
- Iċċekkja l-ilma regolari, u kull jumejn biddel l-ilma.
- Wara ġimgħa, ser tibda tara t-tkabbir. Sinjal minnhom huwa meta tibda tara li l-għeruq qed jikber.
- Wara li tara dan, importanti li tħawwilhom f’ħamrija għammiela. Neħħi t-tewm mill-flixkun u ħawwel fil-ħamrija. Importanti li l-għeruq ikun fil-ħamrija.
- Saqqihom bl-ilma sabiex il-ħamrija tibqa’ mxarrba. Żomm dan il-kontenitur bil-ħamrija fix-xemx.
- Tkun tista’ taħsad it-tewm meta l-weraq ta’ taħt jibdew ikanġu fil-kannella. Dan ma jsirx mal-ewwel u għalhekk trid tistenna bejn seba’ u tmien xhur.