Żewġ telfiet kbar għat-timijiet tal-Ħamrun u l-Gżira

Ilbieraħ, Gżira United F.C. u Ħamrun Spartans F.C. kellhom riżultati diżastrużi meta fl-ewwel logħba tat-tielet rawnd tal-UEFA Conference League, sofrew telfiet kbar kontra avversarji ta’ ċertu livell. Fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, il-Ħamrun lagħbu kontra t-tim Ungeriż, Ferencvárosi TC, u sfaw megħluba bl-iskor kbir ta’ 6-1 filwaqt li Gżira marru għand FC Viktoria Plzeň u tilfu bl-iskor ta’ 4-0. Il-ġimgħa d-dieħla jintlagħab ir-ritorn u miraklu biss jista’ jikkwalifika lil dawn iż-żewġ klabbs Maltin. Madankollu, il-ħarsa tagħhom issa tinxteħet fuq il-kampjonat Malti.