Għandek x’tagħmel fid-19 u l-20 ta’ Awwissu bejn l-10:00 u l-17:00?
Jekk le, l-Esplora, flimkien mal-UM Racing ser jorganizzaw l-avveniment Gears and wheels. Kull min jattendi ser jiskopri x-xjenza tal-karozzi tat-tlielaq, id-disinn tal-karozza, l-elmu u
l-buz tax-xufier.
Kull età hija milqguħa għax għal kulħadd hemm xi ħaġa ta’ interess. Permezz tas-simulator, wieħed jista’ jesperjenza s-sewqan ta’ karozza daqslikieku jinsab waqt tellieqa tal-Formula 1. Apparti dan, għal min hu dilettant tal-Esports, ser ikun hemm il-kompetizzjoni tal-Gran Turismo.
Għalhekk, titlifx dan iċ-ċans li żżur dan kollu! Għal iktar informazzjoni żur is-sit