BIL-FILMAT: Il-Bajja tar-Rinella lura bħala bajja

 BIL-FILMAT: Il-Bajja tar-Rinella lura bħala bajja

Fil-ġimgħat li għaddew, irrapportajna kif il-Bajja tar-Rinella ġiet minsija.

F’din il-bajja lanqas kien għad baqa’ spazju għat-tfal biex jilagħbu bir-ramel. Dan wara li kull xitwa li tgħaddi bil-maltemp dejjem jonqos aktar ir-ramel, bil-konsegwenza li l-bajja tispiċċa mimlija ġebel.

Apparti minn hekk, b’10 tined, wieħed lanqas seta’ jitfa’ xugaman u umbrella.

Wara li ħarġet din l-istorja, minn filmat li għandna f’idejna, din il-bajja reġgħet lura bħala bajja li tista’ titgawda mit-tfal, u minn kulħadd!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com