Il-verdett tal-ewwel ġurnata

 Il-verdett tal-ewwel ġurnata

Wara li l-Ħadd kellna r-rebħiet ta’ Valletta, Floriana, Birkirkara u draw bejn Gudja u Mosta, jidher li l-previżjonijiet li għamilna fil-ġimgħat li għaddew kienu viċin il-verità. Mill-ewwel ġurnata tal-kampjonat Premier jidher li għalkemm tilfu kontra Ħamrun, Balzan se jkunu wieħed mit-timijiet li se jagħtu sfida lill-istess Spartans.

Wirjiet konvinċenti kienu ta’ Hibernians, Floriana u Valletta filwaqt li Birkirkara kellhom jissieltu mhux ħażin biex jegħlbu l-isfida ta’ Sliema W.  Marsaxlokk ukoll kisbu rebħa tajba u wieħed ma joħodhiex bi kbira li jkunu ta’ sfida biex jiksbu post fl-Ewropa. Wieħed irid jifhem x’se jagħmel it-tim ta’ Gżira li ġarrab telfa kbira kontra Hibernians u ma infurzax l-iskwadra wara l-kampanja sabiħa li kellhom fl-Ewropa. Diżappuntati kienu l-wirjiet ta’ Naxxar u wieħed jistenna iktar speċjalment mit-tim ta’ Santa Luċija.

Fi tmiem il-ġimgħa jkollna t-tieni ġurnata fejn tispikka l-logħba bejn Floriana u Birkirkara.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com