Dan huwa rakkont reali, ix-xena kienet waħda tal-biża’

 Dan huwa rakkont reali, ix-xena kienet waħda tal-biża’

Dan huwa rakkont reali.

Tnejn u għoxrin sena ilu, Justin Bonniċi u l-familja tiegħu kienu qegħdin waqt vaganza ġewwa New York u l-lukanda li kienu qegħdin fiha kienet biss għoxrin minuta l- bogħod mill-World Trade Center.
It-tim ta’ Strada Rjali kellu l-opportunita’ unika li jisma’ ftit mill-esperjenza ta’ dan il-ġuvni waqt dawk il-mumenti tal-biża’ ġewwa New York. Mumenti li żgur din il-familja u ħafna nies bħalhom ma jinsew qatt!

Ftit tal-ġranet qabel, il-ġenituri ta’ Justin marru jżuru l-World Trade Centre, waqt li hu u l-kuġini tiegħu ddeċidew li jmorru jduru shopping mall minflok.

Lejliet il-ġrajja, fl-10 ta’ Settembru, Justin u l-kuġini tiegħu telgħu fuq il-bejt tal-lukanda u qagħdu japprezzaw il-ġmiel tat-Twin Towers mixgħulha bil-lejl. Dik il-lejla ftehemu li jmorru hemm l-għada filgħodu.

L-għada, suppost kellhom iqumu fit-8:00 ta’ filgħodu, pero’ ġara li Justin baqa’ rieqed u b’hekk ittardjaw li jmorru fuq it-Twin Towers. Sakemm kienu qegħdin fil-kamra tal-lukanda jippreparaw biex joħorġu, l-ewwel ajruplan daħal f’wieħed mit-torrijiet u b’hekk il-maġġoranza tat-taxis ma bdewx jaċċettaw vjaġġi lejn il-World Trade Centre. Għal bidu, ħadd ma kien jaf eżattament x’kien ġara. In-nies tal-lokal bdew jgħidu li kien aċċident li jinvolvi ajruplan żgħir mhux li kien attakk terroristiku. Wara ftit, sabu xufier tat-taxi li aċċetta li jeħodhom viċin it-Twin Towers.

Ix-xufier waqqafhom ħdejn il-kumpless popolari Macy u allura waqfu jduru fih qabel ma jidħlu l-World Trade Center. Sadanittant, it-tieni ajruplan daħal fit-tieni torri. Kien dak il-ħin fejn in-nies bdiet tirrealizza li l-Amerika kienet taħt attakk terroristiku!

Ix-xena kienet waħda tal-biża’, l-linji tal-mowbajls kif ukoll l-ATMs waqfu jaħdmu u n-nies bdiet tiġri bla ebda direzzjoni ta’ fejn sejra.

BEJNEK U BEJN RUĦEK TGĦID, DIN KIENET KUMBINAZZJONI LI BAQA’ RIEQED JEW KIEN ID-DESTIN?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com