Edizzjoni suċċess ta’ TechXpo Malta
Għexieren ta’ Maltin u Għawdxin żaru l-avveniment ġewwa l-MFCC, tal-avveniment imtella’ minn TechXpo Malta.
Dawk li attendew esperjenzaw l-esebizzjonijiet interattivi u kisbu informazzjoni dwar l-aktar teknoloġija moderna li qed tintuża f’pajjiżna. Numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi esebixxew l-opportunitajiet ta’ taħriġ li qed jiġu offruti fis-settur digitali f’pajjiżna, filwaqt li bosta kumpaniji ħadu l-opportunità sabiex spjegaw lil dawk li attendew l-opportunitajiet ta’ xogħol li l-industrija tat-teknologija Maltija qed toffri.
TechXpo Malta laqgħet ukoll aktar minn 3000 delegat u 70 kumpanija lokali li jiffurumaw parti mill-industrija lokali. L-avveniment kien opportunità ta’ networking bejn professjonisti, imprendituri, kumpaniji u startups fis-settur teknoloġiku u diġitali.
It-teknoloġija emereġenti u l-inteliġenza artifiċjali kienu fiċ-ċentru tad-diskussjoni fejn deher ċar l-entużjażmu li jeżisti għall-aktar għarfien iżda fuq kollox investiment sabiex tkompli titkattar l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Fiz-żjara tieghu, id-Direttur Generali ghas-settur digitali fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea ddeskriva lil Malta bħala l-ġojjel tal-Mediterran għat-trasformazzjoni diġitali.
Dan l-avveniment ġie organizzat bil-kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet.