Ġenituri Ultras
Il-ġimgħa l-oħra intfajt għall-kwiet nara logħba futbol tat-tfal taħt it-13 il-sena, għall-kwiet, hekk ħsibt, hekk suppost. Ħdejja poġġew bilqiegħda ġenituri tat-tfal li kienu qed jilagħbu mat-tifel tiegħi kif ukoll ġenituri tal-avversarji. Sa dak il-ħin kollox sew, kollox skont il-pjan, għall-kwiet. Bdiet il-logħba u beda l-ewwel għajjat ta’ inkorraġġiment lejn it-tfal minn dawn l-ommijiet, ok għidt f’qalbi, għandom kull dritt jissaportjaw lit-tfal tagħhom, għalkemm fl-opinjoni miżera tiegħi nemmen li għandna nħallu t-tfal ta’ dik l-età jilagħbu trankwilli imma dik hija opinjoni tiegħi.
Però l-kwiet u l-paċi malajr inbidel daqs li kieku qegħdin l-olimpico, dawn l-4 nisa li kienu ħdejja trasformaw ruħhom ta’ Ultras, ġurnalisti sportvi u saħansitra kowċis. Mhux hekk biss, anka ġenitur ieħor, din id-darba raġel, ipprotesta u għaddiet tiegħu għax ma kienx ġust li fil-half time ma’ tbiddilx in-naħa minħabba riħ….. mur għidlu li s-Sibt li għadda r-riħ ma’ kienx favur tal-ebda tim.
Meta se nitgħallmu biex inħallu t-tfal jilagħbu, inħallu il-kowċis jikkowċjaw lil uliedhom. Meta se nitgħallmu li f’dik l-età t-tifel jista’ jiżbalja u kowċ għandu metodi diversi biex jikkoreġi u mhux bilfors jagħmel xenata fil-grawnd quddiem kulħadd? Meta se nikbru u nimmaturaw?
Mhux forsi qed nippretendu li dak li aħna bħala ġenituri ma irnexxilniex, irridu bilfors lit-tfal isiru? Però’ dik storja oħra li niktbu dwarha fil-ġranet li ġejjin.