Ħamrun, Floriana u Hibernians fil-quċċata tal-klassifika

 Ħamrun, Floriana u Hibernians fil-quċċata tal-klassifika

Matul il-weekend li għadda ntlagħbet it-tieni ġurnata tal-BOV Premier League fejn fil-logħba tal-Ġimgħa, Floriana għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0 biex issa Floriana jinsabu jaqsmu l-ewwel post ma’ Ħamrun li ma kellolhom l-ebda diffikultà biex jegħlbu lil Naxxar Lions u jiskurjaw 4 goals kif ukoll Hibernians li kisbu rebħa oħra importanti kontra Santa Luċija.
Sorpriża kienet it-telfa ta’ Valletta meta ġew megħluba mit-tim promoss ta’ Sliema filwaqt li Balzan jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta goal waħdieni kien biżżejjed biex għelbu lill-Gżira United b’dawn tal-aħħar għadhom ma kisbux l-ewwel punt.

Ir-riżultati kienu dawn:
Sirens v Mosta 1 1
Floriana v Bkara 2 0
Hibernians v St Lucia 3 2
Balzan v Gzira 1 0
Naxxar v Ħamrun 0 4
Sliema v Valletta 1 0
Gudja v Marsaxlokk 1 1

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com