Illum ikompli l-Premier League, Floriana u Hibernians f’battalja għall-ewwel post

 Illum ikompli l-Premier League, Floriana u Hibernians f’battalja għall-ewwel post

Illum jirritorna l-kampjonat Premier bi 3 logħbiet, meta Santa Luċija jiltaqgħu kontra Balzan f’logħba li mistennija tkun waħda bilanċjata u Gżira jiltaqgħu kontra Naxxar, żewġ timijiet li għadhom bla punti u wieħed jistenna li l-maroons jiksbu 3 punti minn din il-logħba.
Il-logħba tal-ġurnata tkun bejn Floriana kontra Hibernians, żewġ timijiet li jinsabu punti massimi fl-ewwel post flimkien ma’ Ħamrun Spartans. Kemm Floriana u anke Hibernians għandhom id-dipartiment offensiv tagħhom fl-aqwa tiegħu meta bejniethom skurjaw xejn inqas minn 13-il goal. Tajjeb wieħed jirrimarka li Floriana għadhom ma qalgħu l-ebda goal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com