Int x’inhu l-laqam tiegħek? Taf b’xi laqam stramb?
![Int x’inhu l-laqam tiegħek? Taf b’xi laqam stramb?](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2023/09/Web_Banner-6-850x560.jpg)
Il-laqmijiet mhumiex xi ħaġa tagħna l-Maltin biss, jintużaw mad-dinja kollha u f’ċertu postijiet aktar minn qabel. Però li hu żgur li għalina l-Maltin il-laqam huwa forma ta’ identità aktar minn isem. Ċertu laqmijiet ġejjin u jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra u ħafna jgħożżu l-laqam tagħhom għax forsi ġej minn ġenituri li ma għadhomx magħna. Mill-banda l-oħra mbagħad hemm laqmijiet moderni, li jingħataw forsi b’ċajta u dawn baqgħu mwaħħla miegħek għal ħajtek kollha.
Nisimgħu b’ħafna laqmijiet, hawn min għandu laqam sabiħ u hawn min għandu laqam ikrah, hawn min għandu laqam stramb jew inkella komiku, u għalhekk qed nitolbu lilek illum tgħidilna l-laqam tiegħek, u l-istorja warajh u anke forsi tgħidilna xi laqam stramba li inti taf bih.