Illum ir-regatta nazzjonali tal-Vitorja fil-Port il-Kbir ‌

 Illum ir-regatta nazzjonali tal-Vitorja fil-Port il-Kbir  ‌

Illum fil-Port il-Kbir tkun organizzata r-Regatta Nazzjonali tal-Vitorja. Jekk it-temp jippermetti l-ewwel tiġrija tibda għall-ħabta tan-12.30 u b’kollox hemm 11-il tiġrija, 5 tal-kategorija open, 5 tal-kategorija B u 1 tan-nisa. Jiġi deċiż li jistgħu jsiru t-tiġrijiet jekk fil-bidu tal-korsa d-dgħajjes ikunu jistgħu jżommu ċ-ċima tat-tluq u dritti.

Din is-sena din it-tiġrija hija mistennija ħafna fost id-dilettanti għax hemm 3 klabbs, l-Isla, Bormla u l-Birgu li huma armati biex jirbħu ix-shield tant prestiġjuża. Din it-tiġrija tkun imxandra wkoll dirett fuq it-televiżjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com