Inti tħobbu, jew iddejqek Settembru?

Wake me up when September ends hekk tgħid id-diska tal-Green Day li ħarġet fis-sena 2005 u Ii spiċċat hit u anke telgħet fis-6 post tal-US Billboard Hot 100. Filwaqt li Billi Joe Armstong kiteb din id-diska fuq missieru li miet b’kanċer meta huwa kellu biss 10 snin ħafna jassoċjaw din id-diska mat-tmiem tas-sajf u l-bidu tar-rutina tax-xitwa. Il-vaganzi waslu lejn it-tmiem, l-iskola daqt tibda u t-temp jibda jinbidel.
Il-probabbiltà li għal ħafna Settembru huwa wieħed mill-inqas favoriti fost il-Maltin u meta wieħed isemmi dan ix-xahar ħafna jirreferu għall-frażi tax-xahar tar-riħ isfel li biex inkunu onesti naħseb li huwa tip ta’ temp li jdejjaq lil kulħadd. Però għalina l-Maltin Settembru jagħti naqra nifs u ma jdaħħalniex fir-rutina xitwija bil-goff peress li f’nofsu hemm żewġ festi pubbliċi, dik tal-Vittorja u ftit wara tal-Indipendenza.
U int, tħobbu Settembru? Għidilna fil-kummenti tas-midja soċjali.