Is-Super 5 laħqet qabżet il-miljun, taffettwak fix-xiri essenzjali?

 Is-Super 5 laħqet qabżet il-miljun, taffettwak fix-xiri essenzjali?

L-istaġun tal-iskola jinsab viċin tagħna, u s-soltu f’dan iż-żmien il-ġenituri jibdew jixtru l-materjal tat-tfal tagħhom biex ikunu jistgħu jidħlu l-iskola ppreparati. Ġeneralment l-iskola tibgħat lill-ġenituri lista ta’ oġġetti li hemm bżonn biex kollox ikun ippreparat u jmur sew.

Tkellimna ma’ xi ħwienet li ibigħu dan il-materjal u qalulna li bħalissa l-bejgħ mhux bħas-soltu. Għalkemm il-fatturi jistgħu jkunu ħafna, però fattur komuni li kollha semmew huwa l-premju tas-Super 5.  Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-premju laħaq il-miljun u issa anke qabżu sew u jista’ jkun li ħafna genituri minflok qed jixtru affarijiet essenzjali qed iwarrbu l-flus biex ikunu jistgħu jilagħbu u jittantaw xortihom.

Forsi ħa jkun hawn min jikkummenta li dan ma jistax ikun li vera jew li qed neseġeraw, però tkellmu ma’ tal-ħwienet biex wieħed jivverifika dan kollu. Kemm hu problema għall-Maltin il-vizzju tal-logħob?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com