Kif tirreferi għalih meta jiġik?
Fil-Malti jeżisti dak li jissejjaħ l-ewfemiżmu; jiġifieri kelma jew frażi li tintuża minflok oħra biex titnaqqas l-iskumdità jew il-kruha tas-sitwazzjoni.
Bħal minflok ‘miet’ ngħidu ‘ħalliena’.
Dik tiġri l-istess fil-każ li jasal iċ-ċiklu għan-nisa. Bħal donnu xi tabù li tgħid ‘period’. Għalhekk jintuża dan li ġej:
- Qiegħda bih
- L-affari
- Siefret
- Żmien ix-xahar
- Wasal tal-basal
- Qed tbiddel iż-żejt
Meta jiġik l-ewwel darba: WAQAJT IT-TARAĠ!
Int taf b’xi oħra?