L-iskejjel jistgħu jibdew f’ħinijiet aktar tard?

 L-iskejjel jistgħu jibdew f’ħinijiet aktar tard?

Bdiet l-iskola u magħha żdied it-traffiku fit-toroq tagħna. F’dawn il-ġranet, filgħodu, ħafna partijiet ta’ Malta jkunu blukkati bit-traffiku u dan joħloq frustrazzjoni fost is-sewwieqa. Meta tikkumpara bejn il-ġranet bla skejjel u l-ġranet bl-iskejjel tista’ tara d-differenza u hawn wieħed jagħmel mistoqsija… L-iskejjel jistgħu jibdew f’ħinijiet aktar tard?

Filgħodu kmieni, minbarra t-trasport għall-iskejjel jista’ jkun hemm trasport biex wieħed imur għax-xogħol jew forsi għal xi appuntament l-isptar jew f’xi dipartimenti oħra tal-Gvern? Ċertu appuntamenti jew ħinijiet tax-xogħol huma difficli li jinbidlu, imma ngħidu aħna l-iskejjel, jistgħu jibdew f’ħinijiet aktar tard?

Wieħed jifhem li dan jista’ joħoloq problemi għall-ġenituri li jaħdmu t-tnejn li huma, pero’ jista’ l-pajjiż jagħmel strateġija nazzjonali biex l-iskejjel jibdew tard bi ftehim ma’ employers biex jagħtu flessibilita’ lill-ġenituri fejn jidħlu l-ħinijiet tad-dħul għax-xogħol?

Int x’taħseb?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com