Minn ħolma ta’ ħanut żgħir għal isem ta’ suċċess u mfittex.
“Bdejna minn ħanut żgħir fi Triq il-Kunċizzjoni l-Ħamrun u dejjem inkabbru bil-mod” Hekk sostna Charlie tal-Pizza4U Charlie meta ltqajna miegħu, li wettaq il-ħolma tiegħu li jkollu ristorant żgħir, u llum huwa isem stabbilit fejn jistqarr li f’ħanut hekk, dejjem ikunu hemm preżenti għall-ħidma mit-Tnejn sal-Ħadd; hu flimkien mal-mara u t-tifla, addio festi bħall-Milied u weekends.
Magħrufin għall-prezzijiet ġusti u pizza mimlija sew bi prodotti ġenwini li jippreżentaw lill-pubbliku kwalità tajba u bnina. Il-pizza hija l-firma tagħhom speċjalment l-għaġina maħduma li togħla waqt li tkun qed tissajjar u toffri togħma fina u partikolari.
Mhux ta’ b’xejn in-nies imorru u jerġgħu jirritornaw għaliex il-prodott bnin ħoloq isem tajjeb. Il-bint tgħid li se tkompli fuq il-passi ta’ missierha u ma tixtieq tibdel xejn ħlief li forsi min jaf, għad tkabbar dan in-negozju.
Il-pubbliku huwa l-kuraġġ lis-sidien. Żgur li ġieli doqtuha. Jekk le, inti tista’ tagħmel l-ordni tiegħek ukoll mis-sit: www.pizza4u.com.mt jew iċċempel fuq 21 255 000 fejn jagħmlu wkoll id-delivery huma stess.
Segwu wkoll lil Jais li segwiet ukoll kif issir il-pizza; mill-ħadma tal-għaġina sal-preżentazzjoni fuq il-platt. Jidher li għoġbitha sew għaliex għajnejha jitkellmu. L-ikla t-tajba