Tissejjaħ ‘donation’ imma trid tħallasha bilfors
Fix-xhur tal-iskola, l-istudenti ta’ ċerti skejjel privati u dawk tal-knisja, jirċievu karta biex jagħtu donation.
Il-kelma li tingħad u li tinkiteb hija donation imma f’din iċ-ċirkostanza għandha tifsira differenti.
Skont merriam webster dictionary, donation tfisser att li tagħmel donazzjoni bħal li tagħti rigal li jmur għall-karità jew istituzzjoni pubblika, jew kontribuzzjoni b’xejn, li tagħti għax tixtieq inti.
Però din il-kelma ngħata definizzjoni differenti għax minkejja li donazzjoni tagħtiha għaliex trid inti u ma tkunx obbligata, din id-‘donation’ trid tħallas.
Din id-‘donation’ tvarja u normalment mitlub li tagħtiha kull semestru. Imma għaliex tissejjaħ ‘donation’ u mhux miżata, ġaladarba teħtieġ li tħallasha?
Skejjel tal-gvern ma jitolbu l-ebda ħlas u kull ġenitur kellu l-għażla li biex jevita l-ħlas, imur fi skola tal-Gvern. Mhux se nidħol fil-mertu jekk għandhiex tingħata ‘donation’ jew le għax ġenitur kien jaf għalxiex dieħel. Li ma naqbilx, l-użu żbaljat tal-kelma ‘donation’. Għaliex din il-kelma ma għandhiex tibda tissejjaħ miżata ladarba inti obbligat li tħallasha?