20 Sena ta’ suċċess minn Heritage Malta … Inħobb dak li hu tagħna.

 20 Sena ta’ suċċess minn Heritage Malta … Inħobb dak li hu tagħna.

Din is-sena Heritage Malta qed tiċċelebra l-20 anniversarju minn meta nħolqot. Aġenzija li ħadmet bis-saħħa favur it-tisħiħ tas-siti storiċi abbundanti li għandna f’pajjiżna. Hija din l-aġenzija li tippromwovi u għenet lill-pubbliku japprezza iżjed dak li hu tagħna bħala wirt, tant li l-poplu Malti huwa tassew kburi bl-istorja u l-kultura tiegħu u l-mit li l-Malti japprezzaw iżjed wirt f’artijiet barranin milli f’daru, m’għadux daqstant ta’ saħħa bħal qabel. Wara kollox, irridu nkunu aħna li nfaħħru dak li hu tagħna; aħna lkoll ambaxxaturi ta’ pajjiżna.

Heritage Malta tieħu ħsieb madwar ’90 sit imxerrda ma’ Malta u Għawdex, 15 minnhom taħt il-baħar.

L-ewwel ħidma biex jitwaqqaf l-ewwel mużew f’pajjiżna bdiet eżatt 120 sena ilu fl-1903. Hekk saħaq magħna Mario Cutajar; ċermen ta’ Heritage Malta. “Qabilna kien hemm 100 sena storja. Kull pass li sar allura sar biex dejjem isiru affarijiet aħjar. Heritage Malta kommessa li ġġedded lilha nnifisha biex dan ir-ritmu jinżamm, anzi jikber.”

Għall-ewwel darba, il-UNESCO se tagħti l-patronaġġ tagħha lill-biennale li se jittella’ s-sena d-dieħla bejn Marzu u Mejju li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Il-punt tat-tluq ġej minn MUŻA imma fl-istess ħin il-pajjiż se jkun qed jgħix l-istorja tiegħu. Kemm-il darba pajjiżna laqa’ fih artisti barranin li ħadmu fostna u ħallewna wirt. Il-biennale se jerġa’ jagħti din l-esperjenza b’iktar minn 2,500 proposta artistika minn iktar minn 75 pajjiż differenti.

Awguri u Grazzi Heritage Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com