Illum il-finali tal-kampjonat tal-boċċi bejn Għaxaq u Msida

 Illum il-finali tal-kampjonat tal-boċċi bejn Għaxaq u Msida

Illum fil-pitch tal-boċċi ġewwa ż-Żurrieq se tintlgħab il-final tant mistennija biex tiddikjara r-rebbieħ tal-kampjonat Malti bejn iċ-Champions Msida u Għaxaq f’logħba li mistennija tiġbed attendenza kbira. Matul l-istaġun, Għaxaq spiċċaw fl-ewwel post, segwiti minn Żebbuġ, Msida u l-Birgu. Wara li ntlgħabu is-semi-finali, Msida u Għaxaq se jirrepetu l-finali li intlgħabet is-sena l-oħra, din id-darba għat-trofew tal-Anġlu, fejn Msida kienu ħarġu rebbieħa matul il-logħba li damet madwar 4 siegħat. Din id-darba jidher li Għaxaq jibdew favoriti, pero wieħed ma jridx jinsa li Msida huma iċ-Champions u jistgħu jerbħu dan il-konfront ukoll.

Illejla l-logħba tibda fis-6:30.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com