300 Sena Konsagrazzjoni

 300 Sena Konsagrazzjoni

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew fi tmiemhom il-festi speċjali li l-Parroċċa tal-Birgu iċċelebrat fl-għeluq it-300 sena mill-konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Lawrenz. Tajjeb wieħed jgħid li l-Parroċċa tal-Birgu ila mwaqqfa sa mis-sena 1090 u hija l-ewwel parroċċa Maltija.

Kienu festi li ilhom għaddejin snin sħaħ fejn ġew fi tmiemhom il-bieraħ filgħaxija permezz ta’ Pontifikal u Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz akkumpanjat mill-Banda Vittorjożana San Lawrenz. Din il-purċissjoni kienet speċjali għax mhux komuni li din l-istatwa toħroġ f’Ottubru peress li l-ġurnata l-propja hija nhar l-10 ta’ Awwissu. Matul dawn il-festi ġew ukoll inawgurati żewġ proġetti kbar ta’ manteniment, ir-restawr tal-orgni u l-pittura tas-saqaf tal-kor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com