Illum tkompli l-UEFA Champions League

 Illum tkompli l-UEFA Champions League

Illum tkompli l-UEFA Champions League fejn tintlagħab it-3 logħba tal-grupp, li dan ifisser li ninsabu f’nofs l-ewwel fażi ta’ din il-kompetizzjoni.

Bħalissa l-gruppi huma kwazi kollha bilanċjati u r-riżultati li ser ikollna illum huma important għax jibdew jagħtu direzzjoni min ser ikunu dawk il-clubs li jikkwalifikaw għar-round li jmiss.Forsi l-aktar clubs li ser ikunu jinstabu taħt pressjoni illum huma dawk ta’ Manchester United u Benfica li għadhom bla punti u telfa tagħhom titfaħhom sieq waħda l-barra min din il-kompetizzjoni prestiġjuża. Mil-banda l-oħra f’ każ ta’ rebħa ta’ Bayern Munich, dawn tista tgħid li għandhom saqajn u nofs ġewwa fil-fażi li jmiss.

Il-logħob kollhu tal-llum ikun dan:

Galatasaray kontra Bayern Munich

Manchester United kontra FC Copenhagen

Lens kontra PSV

Sevilla kontra Arsenal

SC Braga kontra Real Madrid

Union Berlin kontra Napoli

Inter kontra FC Salsburg

Benfica kontra Real Sociedad

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com