50 elf suffara għal Romelu Lukaku.

 50 elf suffara għal Romelu Lukaku.

Li player jitlaq u imur ma club ieħor hija normali, li player tal-football imur jilgħab ma Club rivali mhux daqstant normali u wieħed jista’ jsemmi il-każ tal-istilla Portugiża Luis Figo meta min ma Barcelona mar jilgħab mar-rivali kbar tar-Real Madrid. Kull min hu dilletant żgur ma jistax jinsa ix-xeni meta Figo lagħab l-ewwel darba bil-flok tar-Real Madrid ġewwa in-Nou Camp kontra Barcelona.

Ilejla ser ikollna xena simili ġewwa il-grawnd ta’ San Siro ġewwa Milan. Fis-6 ta’ filgħaxija l-Inter jilgħabu kontra Roma f’logħba tas-Serie A u għal-ewwel darba l-istriker Belgjan Romelu Lukaku ser jilgħab kontra l-ex tim tiegħu waqt li jilbes il-flokk ta’ Roma. Għalkemm Inter u Roma ma humiex xi rivali estremi pero il-fatti li ġraw matul is-sajf meta Lukaku min wara dahar l-Inter beda jiddiskuti mal-Juventus, kif ukoll meta ma bediex jikkomunika kemm mal-players interisti sħabu u wisq aktar mal-ufficjali tal-Club min Milan ħa jagħmel il-logħba tal-llum taħraq tant li l-ultras tal-Inter illum ser jqassmu 50 elf suffara biex kull darba li jmiss il-ballun l-attakant ta’ Ruma dawn kollha isaffru.

Żgur mhux ser tkun atmosfera ‘friendly’ għal Lukaku u wieħed jistenna x’ ser tkun ir-reazzjoni tal-player kif ukoll ir-reazzjoni tal-players tal-Inter meta jiġu wiċċ imbwiċċ miegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com