Malta Premier

 Malta Premier

Il-Premier Malta ikompli dan il-weekend fejn tintlgħab is-6 ġurnata. Il-logħba tal-weekend bla dubju ser tkun dik ta’ Valletta kontra Ħamrun Spartans, bil-beltin ġejjin min rebħa importanti kontra Marsaxlokk filwaqt li Ħamrun jiksbu draw kontra Sliema W. Żgur li għal din il-loġhba ser ikollna l-akbar attendenza tal-istaġun ġewwa it-Tony Bezzina Stadium.

Logħba oħra important ser tkun dik bejn Balzan u Birkirkara, bil-karkariżi ġejjin min telfa u għandhom bzonn 3 punti biex iżommom viċin iż-żona ta’ fuq tal-klassifika. Mill-banda l-oħra il-leaders l-oħra Floriana jilgħabu kontra Gudja fejn mistennija jirritornaw għar-rebħ wara draw diżappuntanti kontra il-promossi Naxxar Lions.

Il-kumplament tal-loghob ikun dan:

Naxxar L kontra Hibernians

Mosta kontra Marsaxlokk

Sirens kontra St Lucia

Sliema kontra Gzira

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com