Avvenimenti li ser ikunu qed isiru llum għall-Halloween

 Avvenimenti li ser ikunu qed isiru llum għall-Halloween

Hekk kif waslet il-ġurnata tant mistennija min ħafna, il-Halloween reġa’ magħna. Il-Halloween nafuha bħala l-ġurnata tat-tmiem is-sajf u l-ħsad u l-bidu tax-xitwa mudlama u kiesħa, żmien tas-sena li ħafna drabi kien assoċjat mal-mewt tal-bniedem. In-nies Ċelti jemmnu li fil-lejl ta’ qabel is-sena l-ġdida, il-fruntiera bejn id-dinjiet tal-ħajjin u l-mejtin kienet tkun imċajpra. Tant hu hekk, illi kienu jemmnu li l-mejtin setgħu jerġgħu jqattaw ġurnata oħra mal-familja jew il-maħbubin tagħhom. Dan kollu jsir fil-lejl tal-31 ta’ Ottubru.

It-tradizzjoni oriġinat miċ-Ċeltiku tal-qedem ta’ Samhain, meta n-nies kienu jixegħlu n-nar u jilbsu kostumi biex ibiegħdu l-fatatijiet. Maż-żmien, Halloween evolviet f’ġurnata ta’ attivitajiet bħal ‘trick-or-treating’, tinqix ta’ ‘jack-o-lanterns’, ilbies ta’ kostumi u ħelu.

Hekk kif qed insemmu attivitajiet, dawn huma 7 avvenimenti li ser isiru illejla fost oħrajn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com