Malta Premier

 Malta Premier

Fi tmiem il-ġimgħa intlagħab rawnd ieħor tal-Kampjonat Malti fejn wara ir-rebħa ta’ Ħamrun fuq Valletta u draw ta’ Floriana ma Gudja issa għandna l-ewwel tentativ tal-Ħamrun biex jaħarbu fl-ewwel post. Ħamrun issa jinstabu waħidhom fl-ewwel post b’żewġ punti fuq Floriana. Floriana jerġgħu jiddiżappuntaw meta wara id-draw ma Naxxar issa kien imiss draw ieħor mal-Gudjani li meta tara l-ismijiet fuq il-karta żgur wieħed kien jistenna ħafna aħjar minn Floriana.

Rebħa sorporiża sa ċertu punt hija dik ta’ Birkirkara fuq Balzan, fis-sena li r-riżultat ta’ 3-0 ma kienx wieħed mistenni meta Balzan suppost qed jisfidaw lil Floriana u Ħamrun. Jidher li f’nofs il-klassifika ser ikun hemm bilanċ assolut fejn rajna lil Marsaxlokk titlef ma Mosta u issofri t-tieni telfa konsekuttiva. Sliema rebħu konfront kontra Gżira b’dawn ta l-aħħar jitilfu 3 logħbiet minn 6. Ikompli ukoll l-istaġun ta’ Ħibernians bi draw ta’ mingħajr goals kontra Naxxar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com