Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kompla l-Kampjonat Premier Malti

 Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kompla l-Kampjonat Premier Malti

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kompla l-Kampjonat Premier Malti fejn kellna bosta riżultati sorprendenti li għalissa qed jagħmlu l-kampjonat wieħed bilanċjat fiż-żona ta’ fuq.

Telfa mhux mistennija kienet dik ta’ Birkirkara meta kienu megħeluba mit-tim ta’ Mosta biex l-istripes sofrew it-2 telfa min 5 logħbiet.  Il-Leaders Floriana kienu miżmuma fi draw mit-Tim Neo Promos ta’ Naxxar Lions kif l-istess għamlu Sliema Wanderers F.C. meta kisbu punt kontra iċ-Champions, Leaders u s-Super favoriti tal-Ħamrun.  Balzan kisbu rebħa importanti f’konfront dirett kontra Hibernians biex għall-Pawlisti tkompli l-kriżi ta’ riżultati b’ 3 telfiet minn 5. Valletta irritornaw għar-rebħ, b’rebħa tajba fuq Marsaxlokk b’dawn ta’ l-aħħar jitilfu l-opportunita li jitilgħu fl-ewwel post.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

Birkirkara kontra Mosta 0 2

Floriana kontra Naxxar. 1 1

St Lucia kontra Gudja 0 0

Hamrun kontra Sliema 1 1

Marsaxlokk kontra Valletta 0 1

Hibernians kontra  Balzan 0 2

Gzira  kontra Sirens 1 0

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com