Għaliex id-dinja kollha baqgħet tħares?
Għaddew 10 t’ijiem minn meta l-kriżi bejn l-Israel u Gaza intensifikat u qed naraw straġi umanitarja live kuljum fuq it-televiżjoni. Għalkemm dan il-kunflitt ilu għaddej snin twal li qed naraw li qed iġib lil ħafna konxji mill-problemi u tbatijiet li n-nies ta dan ir-reġjun isofru minnhu ta’ kuljum.
Is-sitwazzjoni li jinsabu fiha kemm il-Palestinjani u kif ukoll il-poplu tal-Israel hija waħda li l-komunita’ internazzjonali għandha tort minħabba ċertu azzjonijiet li ittieħdu ħafna snin ilu u li llum dawn iż-żewg popli qed isofru l-konsegwenzi.
Filwaqt li l-attakk li rajna gimgħa ilu mill-Hamas jikkonferma kemm dan huwa grupp terroristiku, u li l-Israel kellha d-dritt tiddefendi ruha u anke tirritalja, s-sitwazzjoni li jinsabu fiha il-Palestinjani ġo Gaza kif ukoll fill-West Bank hija waħda kuridili fejn kwazi wieħed jista jgħid li dawn qed jgħixu ġo ħabs ikontrollat mill-għedewwa tagħhom.
Nifmhu li s-soluzzjoni mhux waħda faċli u hija sitwazzjoni komplikata ħafna pero r-rieda tal-komunita’ internazzjonali għall- problemi f’din iż-żona tad-dinja hija waħda tal-biki u deplorabbli.
Kif jista jkun tara x-xeni li qed naraw kuljum ta’ ċivili mejta miż-żewg naħat u ma jsir xejn ħlief għal sapport lil naħa waħda. Kif jista jkun jitħallew jintilfu dawn il-ħajjiet ta’ ċivili li l-unika tort tagħhom huwa li twieldu f’din iż-żona? Kif jista jkun?