Gran Bazaar, spettaklu li qatt ma rajna bħalu!

 Gran Bazaar, spettaklu li qatt ma rajna bħalu!

Gran Bazaar huwa spettaklu tal-logħob imwassal lilkom minn Danusan. Dan l-ispettaklu huwa l-ewwel tat-tip tiegħu li se jixxandar f’Malta u mhux bħal kull ‘game show’ ieħor li forsi ġieli rajna. L-ispettaklu se jkollu diversi karattri u personalitajiet magħrufa sew fix-xena tat-televiżjoni. It-tema u l-ambjent ta’ dan l-ispettaklu huma l-famuż Gran Bazaar ta’ Istanbul, u għalhekk l-għan ewlieni tal-programm huwa li l-parteċipanti jridu jissieltu biex jirbħu l-premju l-kbir.

X’hemm speċjali u eċitanti f’dan il-programm?
Dan il-programm se jinkludi ċ-ċajt u l-battuti umoristiċi magħrufa ta’ Danusan u huwa programm divertenti ferm li jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fi prime time. Kull karattru għandu sehem importanti fil-programm u għandu logħba assoċċjata mal-karattru tiegħu. L-udjenza se jkollha ċ-ċans li tipparteċipa fil-logħob billi taqta’ l-prezz ta’ oġġett. L-ewwel persuna li jirnexxielha tgħid il-prezz ġust, se tibda tilgħab, bit-tama li tasal għall-premju finali, li jista’ jintrebaħ biss jekk il-parteċipant jaqta’ eżatt il-prezz tal-oġġett. Madankollu, dawk li jsegwu mid-dar jistgħu wkoll jilagħbu l-istess logħob fuq it-TV, u jekk il-parteċipant jonqos milli jiddetta l-prezz korrett tal-premju kbir, it-telespettaturi jistgħu jirbħu l-premju kbir huma stess.

Dan il-programm jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fit-8:35pm fuq ONE. Titilfuħx!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com