Huwa illegali li toqgħod għarwien ġo darek fejn jarak xi ħadd?

Mistoqsija daqsxejn dibattibbli. Darek hija darek u tagħmel li trid. Hekk l-ewwel ħsieb li jitlgħalek. Imma le! Attenti.
Jekk inti tħobb toqgħod għarwien ġo darek, li ma hemm xejn ħażin, huwa importanti li ħadd mhu jarak mill-ġirien għax tista’ tkun imħarrek għal indiċenza pubblika.
Wara din hemm il-fatt li ssib min jagħmel apposta; joqgħod għarwien ġo daru meta jaf li qed jarawh u jagħmilha bi skop t’attrazzjoni sesswali. Jekk se tagħmel hekk, għalaq il-blinds jew il-purtieri għax teħel xi multa!