Il-Euros 2028

 Il-Euros 2028

Il-Euros tal-Futball għas-sena 2028 ser isiru fir-Renju Unit u l-Irlanda, filwaqt li l-kompetizzjoni tas-sena 2032 ser jsiru fl-Italja u Turkija. Dan ħabritu l-UEFA illum waqt ċerimonja tat-tħabbir fejn ser jsiru l-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża fejn qed tkompli it-‘trend’ li aktar minn pajjiż wieħed jorganiżża dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet.

Il-‘grounds’ u l-ibliet li ser jospitaw il-logħob tas-sena 2028 huma Etihad Stadium ta’ Manchester, National Stadium ta’ Wales, Tottenham Hotspur Stadium f’ Londra, il-‘ground’ il-ġdid ta’ Everton f’ Liverpool, St. James Park ta’ Newcastle, Villa Park ta’ Aston Villa ġewwa Birmingham, Hampden Park ta’ Glasgow fl-Iskozja, Dublin Arena f’ Dublin, Casement Park f’ Belfast u l-Famuż Wembley Stadium f’ Londra li ser jospita ukoll il-Finali.

L-istadiums u l-ibliet tal-Euros li ser jsiru fl-Italja u Turkija ikunu imħabbra fis-sena 2026.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com