Illum ikompli l-Premier Malti

Illum ikompli l-kampjonat Premier Malti fejn se jintlgħabu 4 logħbiet.
Birkirkara jilgħabu kontra l-Mosta fejn l-istripes mistennija jiksbu rebħa biex ikomplu jkunu viċin il-leaders Furjana u Ħamrun, filwaqt li l-Furjana mhux mistennija ikollhom diffikulta biex jgħelbu lin-Naxxar u jkomplu jikkonsolidaw l-ewwel post tal-klassifika.
F’ logħba li mistennija tkun bilanċjata Santa Luċija u l-Gudja jiltaqaw f’konfront dirett taż-żona tar-relegazzjoni filwaqt li fl-aħħar logħba tas-Sibt ic-champions Ħamrun jiltaqaw kontra Sliema f’loghba li fuq il-karta Ħamrun huma favoriti netti peroʽ wieħed ma jridx jafda lis-Slimizi li għandhom materjal biex jagħtu logħba lil kulħadd.