Kemm-il darba ċċempillek ommok fil-ġurnata?

 Kemm-il darba ċċempillek ommok fil-ġurnata?

7 darbiet? “ibni qomt’ – “ħeqq kieku mhux inkellmek ma!”

Telefonati u messaġġi; l-ordni tal-lum. Anke fl-istess dar issir komunikazzjoni minn fuq għal isfel jew minn kamra għall-oħra. Imma xi jfisser il-mobile għall-ġenituri speċjalment għall-ommijiet?

Bla dubju aħna ngħixu ġo pajjiż żgħir. Huwa raġoenvoli li jkun hemm ammont ta’ komunikazzjoni bit-teknoloġija tal-lum f’pajjiżi kbar fejn il-kuntatt ikun inqas. Imma f’pajjiżna, dan mhux talli huwa daqs ta’ pajjiżi kbar li n-nies ma tantx jaraw lil xulxin bħalna, talli huwa ferm ikbar. Dan il-fenomenu ġej mill-valur tal-familja li għalkemm illum tbiddel ħafna bid-diversita’ fil-forom ta’ xi tfisser familja għalina, xorta waħda għad baqa’ ħafna ‘għaqda’ jew kif tissejjaħ bl-Ingliż ‘bond’.

Semmejna l-omm mhux għax il-missirijiet ma jagħmlux l-istess, anzi … imma riċerka internazzjonali anke minn ġurnali barranin bħal The Guardian uriet li l-omm iżżomm iżjed kuntatt milli l-missier. Bla dubju, kif spiss intennu fil-kitba tagħna, qatt ma tista’ tiġġeneralizza għax mhux kulħadd l-istess.

Dawn l-ammont ta’ messaġġi u telefonati hemm min idejquh, jarahom stress, jew nuqqas ta’ libertà … mill-banda l-oħra ssib min jgħidlek ‘għamlu tant miegħi l-ġenituri/ommi/missieri, telefonata tagħhom ħa nara żejda, anke jekk ma jkollix aptit? Intom x’taħsbu fuqha din? U min jaf wara li jħallu din id-dinja kemm inkunu nixtiequ nisimgħu leħinhom u naraw isimhom immarkat fuq il-mobile!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com