Li ssuq mutur ma jtikx drittijiet biss imma wkoll dmirijiet!

 Li ssuq mutur ma jtikx drittijiet biss imma wkoll dmirijiet!

Huwa veru li ħafna sewwieqa forsi jaraw lil dawk li jsuqu l-muturi bħala xi ftit perikolużi u daqstant viċi versa. Kull sewwieq għandu responsabbiltà fit-triq. Kif jgħid il-Malti, il-vetturi huma x’inhuma tista’ tkun għodda f’idejk li twassal għal inċidenti mhux mixtieqa.

Kemm -il darba ninsew nixgħelu l-indicators u minn fuq għax xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni, nħarsulu bl-ikrah?! Irridu nitgħallmu niddixxiplinaw ruħna iżjed. Billi xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni u aħna nkunu fil-ħażin, tajjeb nitgħallmu nammettu. Inħossuna aħjar u wara kollox nitgħallmu. Irrid nbaxxu l-kburija li dejjem għandna raġun.

Kelmtejn lis-sewwieqa tal-muturi, għalkemm nemmnu li għad baqa’ ħafna x’naħdmu favur rispett lejhom, madanakollu, huma wkoll iridu jirrispettaw lis-sewwieqa tal-vetturi. Ma tistax taqbad u tiddeċiedi li sserrep għax għandek mutur u tistenna li l-vettura ta’ warajk trid tkun f’moħħok biex tara x’se tagħmel. Hemm l-etika li trid tiġi minnek ukoll biex issegwieha.

Żgur li spiss niltaqgħu ma muturi li jsuqu min-naħa ta’ ġewwa fejn nafu li dan mhux suppost u li anke jaħsad lis-sewwieq tal-karozza; mument li kapaċi joħloq aċċident f’ħakka t’għajn.

Tajjeb ukoll li l-indicator niftakru li tgħodd għal kulħadd. Tajjeb ukoll li noqogħdu attenti kif ngħaddu minn bejn il-karozzi… wara kollox hemm ħajtek fin-nofs. Ejjew nieħdu ħsieb iżjed lil xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com